Żgħażagħ minn 20 pajjiż Mediterranju madwar l-Ewropa bħalissa jinsabu f’pajjiżna għall-“Young Mediterranean Voices Euro-Mediterraneanin Debate and Policy Forum.”
Dan huwa l-ewwel dibattitu tax-xorta tiegħu fl-Ewropa kollha li ser iwassal sabiex imexxi l-Aġenda Globali għall-iżvilupp Sostenibbli tal-2030.
Permezz ta’ dan il-Forum li ser jieħu forma ta’ dibattiti interkulturali mmexxija miż-żgħażagħ, ser jitfasslu proposti ewlenin biex jaċċelleraw l-implimentazzjoni u jżidu l-firxa tal-Aġenda 2030.
Dwar dan tkellimna ma’ Paul Walton id-Direttur tal-Istrateġija tal-Fondazzjoni Anna Lindh li flimkien ma’ Aġenzija Żgħażagħ ħadu f’idejhom dan l-avveniment uniku li jinkorpora pajjiżi mil-Lvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, l-Ewropa u l-Balkani.
“This is probabbly the most significant youth event in the Mediterrenean to ever happen because it’s the first time we bring a programme from the South Mediterreanean from the Arab region to Europe and of course Malta is the perfect crossing point for that,” qalet Lindh.
Ma setax jonqos ukoll li nkellmu żgħażagħ li qed jipparteċipaw f’dan id-dibattitu.
“My hope is that from this debate is to represent my country and to represent the SDG goals. My hope is to work with the youth power in my country to actually spread this SDG goals. Make sure we have good quality education, gender equality, climate change actions and all of these qualities,” huma spjegaw.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ Clifton Grima saħaq li wara inizjattivi bħal vot sittax, dan l-avveniment juri kemm il-Gvern irid li ż-żgħażagħ Maltin jokkupaw rwoli ċentrali għall-politika ta’ għada.
“Qiegħdin nagħtu l-għodda kollha neċessarji liż-żgħażagħ sabiex iwasslu l-vuċi tagħhom. Vuċi tagħhom, ideat tagħhom li fuq kollox ikunu jistgħu jwasslu għall-prodott finali li ser ikun qed jara qabża l-quddiem fil-kwalitá tal-ħajja,” qal is-Segretarju Parlamentari.