Il-Kummissjoni Ewropea llum niediet s-sejħa tar-rebbiegħa ta’ DiscoverEU, li bis-saħħa tagħha 35,000 żagħżugħ u żagħżugħa madwar l-Ewropa se jirċievu pass ferrovjarju b’xejn biex jesploraw l-Ewropa. Arranġamenti speċjali huma disponibbli għaż-żgħażagħ minn gżejjer bħal Malta.
L-applikazzjonijiet fetħu llum f’nofsinhar u se jintemmu fid-29 ta’ Marzu, f’nofsinhar. Biex jirbħu pass tal-ivvjaġġar, iż-żgħażagħ huma mistiedna japplikaw fuq il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ, iwieġbu ħames mistoqsijiet mill-kwiżż u waħda deċiżiva.
L-applikanti li jirnexxu u li twieldu bejn l-1 ta’ Lulju 2004 u t-30 ta’ Ġunju 2005 se jkunu jistgħu jivvjaġġaw fl-Ewropa għal mhux aktar minn 30 jum tul, il-perjodu tal-ivvjaġġar mill-15 ta’ Ġunju 2023 sat-30 ta’ Settembru 2024.
Is-sejħa hija miftuħa għall-applikanti mill-Unjoni Ewropea u mill-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm Erasmus+.
Dis-sena, il-parteċipanti se jkunu jistgħu jiskopru r-rotta tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, mnedija f’Jannar 2023. Din hija inizjattiva għandha l-għan li tispira liż-żagħżagħ meta jagħżlu d-destinazzjonijiet tagħhom u tqajjem kuxjenza dwar l-importanza li flimkien nagħmlu l-Unjoni Ewropea sabiħa u sostenibbli.
Ritratt: Getty Images