Iż-Żgħażagħ Laburisti bagħtu ittra lill-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech dwar l-istqarrijiet li għamel fuq il-White Paper dwar l-użu responsabbli tal-kannabis.
Dan wara li fl-intervista l-Ħadd li għadda Grech b’mod żbaljat stqarr li l-Gvern ma’ għamilx White Paper dwar is-suġġett.
Madankollu kien il-Partit Nazzjonalista li ma ħax sehem fil-konsultazzjoni li saret dwar l-istess white paper.
Fl-ittra tagħhom iż-Żgħażagħ Laburisti qalulu kif jagħdruh li jista’ jkun nesa li ħarġet din il-White Paper wara li huwa kien waħħal f’din id-diskussjoni għar-riżultati ħżiena li ġab fis-surveys.
Dan wara li kien implika li ż-żgħażagħ jinteressahom biss mill-kannabis.
Iż-żgħażagħ Laburisti temmew l-ittra tagħhom bi stedina sabiex il-Partit Nazzjonalista jieħu sehem fil-proċess leġislattiv dwar din il-liġi hekk kif jibda l-Parlament.
Filwaqt li anness mal-ittra ħallew kopja tal-White paper sabiex jaqraha bil-kumdità kollha huma qalulu biex ma jagħmilx dan kontra qalbu għax inkella jista’ iqishom, qisu ma qalulu xejn.
Nisimgħu id-dikjarazzjoni skorretta tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd li għadda.