Grupp ta’ żgħażagħ ħadmu fuq riċerka bil-għan li jiġu identfikati l-perspettivi taż-żgħażagħ Maltin dwar l-edukazzjoni, x-xogħol u l-istil ta’ ħajja. Din ir-riċerka ġiet ippreżentata lis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, Clifton Grima, fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, data li tfakkar fl-importanza taż-żgħażagħ fis-soċjeà. Din is-sena t-tema globali hija dwar Transforming Education.
Fir-riċerka ppreżentata, ħadu sehem 511 paretċipant minkejja li 97,654 persuna f’Malta huwa fil-faxxa tal-età bejn is-16 u t-30 sena. Il-maġġoranza taż-żgħażagħ kellhom rispons pożittv dwar l-edukazzjoni, x-xogħol u l-kwalità tal-ħajja inġenerali.
Fatt interessanti huwa li 60% taż-żgħażagħ huma kuntenti li s-soċjetà Maltija qed tevolvi, b’10% biss jgħidu li qed tkun wisq liberali. Iż-żgħażagħ tal-età bejn is-16 u l-24 għandhom ħsieb aktar liberali minn dawk ta’ bejn il-25 u t-30 sena.
Ir-riċerka li bdiet f’Settembru tas-sena li għaddiet tgħid ukoll li l-maġġoranza taż-żgħażagħ mhumiex membri ta’ xi għaqda, minkejja li l-figuri huma bħal dawk tal-medja Ewropea, xorta waħda huwa punt għal titjib sabiex ikollna aktar żgħażagħ attivi fil-komunitajiet.
Is-Segretarju Parlamentari Grima, semma l-emendi fil-liġi sabiex żgħażagħ ta’ 16-il sena jkunu jistgħu jwaqqfu organizazzionijiet non-governattivi. Fid-diskors tiegħu fil-bini tal-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera rringrazzja wkoll lill-youth workers, li issa persuni b’din il-professjoni jistgħu japplika għall-warrant, tal-ħidma tagħhom maż-żgħażagħ. Is-Segretarju Parlamentari Grima temm jgħid li pajjiżna għandu jneħħi d-distinzjoni bejn edukazzjoni formali u informali u minflok tinħoloq distinzjoni bejn edukazzjoni tajba u ħażina biex tiżdied l-importanza lejn l-iżvilupp tal-bniedem u li l-edukazzjoni ssir aktar relevanti, ekwa u inklussiva għaż-żgħażagħ kollha.