Tifla ta’ 13-il sena fost il-ħames żgħażagħ li ġew arrestati b’rabta ma’ diżordni ta’ aktar minn 100 żgħażugħ armati bi xwabel f’sala taċ-ċinema f’Birmingham.
Familji li kienu qed jaraw il-film Frozen 2 fi Star City kellhom jiġu evakwati konsegwenza tad-diżordni li saret is-Sibt wara nofsinhar.
Diversi Pulizija marru fuq il-post wara li waslitilhom telefonata tgħarrafhom b’dak li kien qed jiġri. Infatti żewġt ixwabel ġew interċetati filwaqt li seba’ uffiċjali tal-pulizija ġarbu ġrieħi ħfief hekk kif kienu qed jippruvaw jikontrollaw is-sitwazzjoni kemm ġewwa ċ-ċinema kif ukol barra l-bini.