Hekk kif qed toqrob lejn l-10 anniversarju tagħha, Il-kumpanija nazzjonali taż-żfin, ŻfinMalta qiegħda tfittex direttur artistiku ġdid.
Id-Direttur Artistiku kurrenti, Paolo Mangiola mistenni jtemm ir-rwol tiegħu f’dan ix-xogħol f’Lulju 2024, wara terminu ta’ 7 snin. Mangiol ingħaqad mal-kumpanija ŻfinMalta lejn l-aħħar tat-tielet staġun tagħha.M atul il-mandat tiegħu Mangiola ġibed l-attrazzjoni ta’ uħud mill-aktar koreografi importanti stabbiliti u pijunieri li jaħdmu fix-xena internazzjonali, inklużi Tânia Carvalho, Emanuel Gat, Roy Assaf, Rosemary Lee, fost oħrajn.
Iċ-Chairperson ta’ NAPA, Alison White qalet:”Ninsab onorata li kont Chairperson sa mit-twelid ta’ ŻfinMalta fl-2014. F’dan iż-żmien, rajt il-kumpanija timxi ‘l quddiem u tiżviluppa, bi standard sabiħ għoli ta’ professjonalità u artistrija fil-qasam taż-żfin kontemporanju”
Iċ-Chairperson kompliet tgħid li Paolo Mangiola ser jibqa mfakar u li l-preżenza tiegħu tul is-sebgħa snin fil-kumpanija, ħalliet legat u repertorju mill-isbaħ sabiex il-kumpanija twettaq u tibni fuqha.
F’isem il-kumpanija kollha, hi tennet tawguralu kull suċċess fl-avventura ġdida tiegħu filwaqt li tħares ‘i quddiem għall-kapitlu li jmiss għal ŻfinMalta u t-tħejjija għall-10 anniversarju tal-kumpanija.