Il-kumpanija nazzjonali Maltija taż-żfin se tkun qed tagħti esebizzjoni prestiġjuża barra minn xtutna. Dan wara ħafna preparamenti biex il-kumpanija Maltija tagħti spettaklu tal-ogħla livell.
It-Tnejn, ŻfinMalta se tibda l-vjaġġ tagħha lejn ir-Renju unit biex ikun jista’ jwassal it-talent Malti f’bosta teatri. Fl-eżebizzjonijiet tagħha l-kumpanija se tkun qed tesebixxi erba’ produzzjonijiet taż-żfin.
Żfin Malta ilha biss tliet snin li twaqqfet, iżda minkejja dan id-Direttur artistiku Mavin Khoo stqarr li għal dawn l-eżebizzjonijiet, il-kumpanija taż-żfin Maltija se tkun qed tiġi mħallsa għal dawn l-esebizzjonijiet.