F’Ottubru li ġej ser titella’ l-kummiedja mużikali Żeża tal-Flagship fit-Teatru Manoel. Hermann Bonaci Productions ser ikunu responsabli minn din il-kummiedja mużikali li tibqa’ għal qalb ħafna Maltin u Għawdxin.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/02/09142209/IMG_2712-1024x424.jpg)
Għal dan il-għan qed issir sejħa għal persuni minn 18-il sena ‘l fuq li għandhom l-abilta’ li jirrextaw, ikantaw u jiżfnu sabiex jipparteċipaw u jagħmlu prova għal din il-kummiedja mużikali.
![](https://cdn.one.com.mt/wp-content/uploads/2022/02/09142229/IMG_2714-1024x824.jpg)
‘Auditions‘ għal Żeża ta’ Flagship ser isiru f’Marzu li ġej u dawk interessati għandhom jibgħatu CV permezz ta’ e-mail fuq: hermann@hermannbonaci.com