Żewġt aħwa ta’ tlieta u ħames snin ddaħħlu l-isptar wara li ntlaqtu minn karozza waqt li kienu qed jaqsmu Triq il-Parroċċa fin-Naxxar.
Il-każ seħħ il-Ħamis waranofsinhar meta għal xi raġuni żgiċċaw l-ommhom minn fuq il-bankina u ntlaqtu mill-karozza li kienet għaddejja fuq in-naħa l-oħra tat-triq.
It-tifel u t-tifla ttieħdu l-isptar b’ambulanza bil-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa. Il-każ qed jiġi investigat mill-Pulizija tad-distrett.