Żewġt itfal bniet ta’ bejn is-sebgħa u t-tmien snin, intużaw biex splodew lilhom infushom f’attakk b’bomba suwiċida f’suq fin-Niġerja, li dak il-ħin kien miżgħud bin-nies.
Attakk li fih minbarra li mietu huma, qatlu minn tal-inqas persuna oħra u darbu mat-tmintax.
Ħadd għadu ma refa’ r-responsabbiltà għal dan l-attakk, madanakollu fid-dawl li attakki simili twettqu mill-Boko Haram, is-swaba’ kollha qed jippuntaw lejhom.