Sitt persuni ttieħdu l-Isptar għall-kura wara ħabta bejn sitt karozzi fix-Xemxija.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:15, meta trakk misjuq minn raġel ta’ 25 minn Ħaż-Żebbuġ, Hyundai Gets misjuqa minn raġel ta’ 69 sena mill-Mellieħa, ħabtu ma’ tliet karozzi oħra.
Tifla ta’ 11-il sena minn Santa Venera ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura flimkien ma’ mara ta’ 41 sena minn Santa Venera. Ir-raġel ta’ 69 sena u tliet persuni li kienu miegħu fil-karozza fil-ħin tal-inċident ukoll ittieħdu l-Isptar għall-kura.
Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.