Erba’ persuni ġew arrestati wara rejd kbir għad-droga f’Tal-Pietà. Ir-rejd sar mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ kontra d-droga u tal-Ispecial Interventions Unit fejn sorsi qalu li waqt dan ir-rejd instabet ammont ta’ droga f’appartament fl-ewwel sular biswit ħanut tal-kotba.
ll-Pulzija għamlu użu minn xi għodda sabiex fetħu xi aperturi li kienu imbarrati bil-ħadid u l-aluminju. Xhieda fuq il-post tar-rejd qalu li semgħu bħal splużjoni filwaqt li xammew riħa ta’ gass.
Fuq il-post issejħu wkoll membri tal-Protezzjoni Ċivili mit-taqsima tal-HAZMAT u ekwipaġġ ieħor mill-istazzjon li l-Protezzjoni Ċivili għandu fil-Furnaja. Sorsi qalu wkoll li dawn issejħu fuq il-post hekk kif waqt ir-rejd intuża xi tip ta’ gass tad-dmugħ.
Minħabba li fl-appartament ma kienx hemm dawl il-Pulizija marru wkoll b’generator li xegħel il-faċċata tal-appartament.
Filmati: Stefan Bajada