Għall-ħabta tal-11, il-pulizija mistennija tressaq żewġ persuni l-qorti quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea.
Dan b’rabta ma’ hold-ups fuq nies li waslulhom l-ikel. Il-każijiet seħħu f’Ħaż-Żabbar u San Ġwann.
Il-persuni li se jitressqu l-Qorti, huma żewġt irġiel ta’ 30 u 53 sena li joqogħdu Bormla.
Ir-raġel ta’ 30 sena se jkun akkużat b’erbgħa hold-ups, bil-pussess ta’ karozza misruqa kif ukoll b’attentat ta’ serq ta’ vettura oħra.
Dan filwaqt li r-raġel ta’ 53 sena se jkun akkużat bi tliet hold-ups.