Żewġt irġiel mill-Georgia li għandhom 38 u 45 sena ġew arrestati mill-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri b’rabta ma’ sensiela ta’ serq minn residenzi privati.
Fl-aħħar xhur seħħew mill-inqas 15 -il serqa f’diversi lokalitajiet madwar il-pajjiż li l-mira prinċipali ta’ dawn is-serqiet kienet djar privati li ma kien hemm fihom fil-ħin partikolari tas-serqa.
Fost id-diversi oġġetti misruqa kien hemm ġojjelli, fwieħa, u flus kontanti.
Il-pulizija rnexxielha tidentifika iż-żewġ persuni li allegatament wettqu dawn is-serqiet u arrestathom f’residenza f’Ħaż-Żabbar. Filfatt ħafna mill-affarijiet li ġew irrapportati misruqa ġew elevati minn tfittxija li saret fil-post.
Jidher li ż-żewġt irġiel jiffurmaw parti minn allegat ċirku ta’ kriminalità organizzata internazzjonali.
Għall-ħabta tal-ħdax huma tressqu l-Qorti quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli.