Żewġt irġiel se jitressqu l-Qorti fl-Istati Uniti b’rabta mal-mewt ta’ uffiċjal tal-Pulizija f’Capitol Hill f’Washington, fl-irvellijiet tas-6 ta’ Jannar li għadda.
Brian Sicknick kien fost il-ħames vittmi tal-irvellijiet li tilef ħajtu ftit wara. Iż-żewġt irġiel jidher li użaw kimika f’forma ta’ spray fuqu, iżda għadu mhux ċar jekk Sicknick mietx minħabba kumplikazzjonijiet li kkawżatlu l-kimika stess.
L-irġiel se jkunu akkużati wkoll li ħebbew għal numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija. B’kollox se jitressqu disa’ akkużi fil-konfront tagħhom, u jekk jinstabu ħatja kapaċi jeħlu sa 20 sena ħabs.
Ritratt: Getty Images