Żewġt irġiel qegħdin jinżammu taħt arrest wara li fil-pussess tagħhom instabu pakketti b’sustanza suspettuża, allegatament droga.
Huma kienu arrestati mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU) is-Sibt filgħaxija, waqt li kienu qed jagħmlu ronda fil-Marsa.
Kienu għall-ħabta tat-8:30 ta’ filgħaxija meta il-Pulizija waqfu vettura fi Triq ix-Xwieni, fil-Marsa, wara li qam suspett fiż-żewġ persuni li kienu fiha.
Il-vettura kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 29 sena residenti Birżebbuġia u passiġġier, raġel ta’
44 sena residenti Bormla.
Minn tfitxija li saret fuq iż-żewġ persuni, instabu pakketti bi trab kannella, suspettata
droga.
Il-Pulizija wettqu wkoll tfittxija fil-vettura fejn instabu diversi oġġetti relatati mal-abbuż tad-droga.
Bil-każ kienu infurmati l-Pulizija tal-Għassa ta’ Raħal Ġdid, li qegħdin imexxu linvestigazzjonijiet.