Tomislav Hegedus ta’ sitta u għoxrin sena mill-Mosta u Fabian Catania ta’ tnejn u erbgħin sena mill-Qawra ngħataw il-ħelsien mill-arrest wara li ġew arrestati b’rabta ma’ qabda ta’ erbgħa u tmenin kilo droga kannabis li kienet lesta biex tinbiegħ.
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorit ppreseduta mill-Mapistrat Doreen Clarke tat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ għaxart elef ewro u garanzija personali ta’ ħmistax-il elf ewro. Hija ordnat ukoll lill-akkużati biex jiffirmaw kuljum fl-għassa tal-pulizija.
L-avukati Franco Debono, Mario Mifsud u Michael Sciriha qed jidhru għall-akkużati.