Żewġt irġiel indarbu gravi f’inċidenti separati f’allegatament argument bi flixkun.
Il-każ seħħ kmieni dalgħodu, għall-ħabta tat-3:30 ta’ filgħodu meta l-Pulizija ġiet infurmata li hemm bżonn l-assistenza ġewwa Triq il-Bajja, San Ġiljan.
Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 33 sena mis-Somalja residenti ż-Żurrieq kien ġie aggredit minn xi persuni allegatament bi flixkun, iżda sa xħin waslu l-Pulizija dawn kienu laħqu telqu minn fuq il-post.Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa.
Aktar tard, ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Iżjed tard, għall-ħabta tal-4:00 ta’ filgħodu, Il-Pulizija intalbet tassisti ġewwa Triq Gort, San Ġiljan fuq rapport simili.
Din id-darba il-vittma kien Somalu ta’ 23 sena residenti Marsaskala, li wkoll ittieħed l-Isptar Mater Dei u ġie ċċertifkat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dawn iż-żewġ rapporti għadhom għaddejjin.