Il-Pulizija bħalissa għaddejja bi tfixijiet għal żewġt ħallelin li allegatament daħlu jisirqu ħantu fil-Gżira, mgħammdin u armati b’sikkina.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija fi Pjazza Memè Scicluna, il-Gżira.
Il-ħallelin talbu l-flus lill-kaxxier, raġel min-Nepal ta’ 33 sena u ħarbu minn fuq il-post wara li serqu ammont ta’ flus kontanti.
Ħadd ma weġġa’, bil-Pulizija għaddejja bit-tfittxija għall-ħallelin.
Il-Maġistrat Ian Farruġia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.