Ħaddiem jinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li ieħor ndarab ħafif wara li nirien fit-Tarzna ta’ Palumbo.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u kwart fit-Tarzna ta’ Palumbo.
Il-Pulizija tad-Distrett ta’ Bormla marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li seħħew nirien kawża ta’ spark fl-elettriku waqt li kien qed isir xi xoghol bil-konsegwenza li żewġ persuni sofrew xi ġrieħi.
Fuq il-post issejħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku filwaqt li ambulanza ħadet lill-persuni l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Iktar tard raġel ta’ 45 sena residenti n-Naxxar, ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji, filwaqt li r-raġel l-ieħor, ta’ 55 sena residenti l-Fgura, sofra ġrieħi ħfief.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr G. Vella LL.D, li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.