F’inċident li seħħ għall-ħabta tas-siegħa u nofs ta’ filgħodu, żewġ persuni ttieħdu l-isptar wara ħabta bejn żewġ vetturi fi Triq Sant Andrija San Ġiljan. L-inċident seħħ bejn vettura tal-għamla Peugeot 508 li kienet misjuqa minn raġel ta’ 46 sena residenti Marsaskala u Land Rover misjuqa minn raġel Sirjan ta’ 25 sena residenti l-Pietà, li għal xi raġuni kellhom impatt bil-konsegwenza li ż-żewġ xufiera kellhom jittieħdu l-isptar.
Wara ġew iċċertifikati li iż-żewġ xufiera qed isofru minn ġrieħi ħfief.