Żewġt irġiel indarbu gravi wara inċident tat-traffiku ilbieraħ waranofshinar fi Vjal Indipendenza, iż-Żurrieq.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur misjuq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi u vettura misjuqa minn raġel ta’ 38 sena u joqgħod Birkirkara.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fil-karozza, kien hemm ukoll Indjan ta’ 45 sena residenti ż-Żurrieq.
L-irġiel ingħataw l-għajnuna minn tim mediku u t-tnejn li kienu fil-karozza ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.
Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.