Raġel ta’ 31 sena minn Ħal Lija u raġel ta’ 43 sena mill-Mosta ġarrbu ġrieħi gravi, wara li għall-ħabta tas-1:15 ta’ waranofsinhar ċediet fi Triq il-Lvant, il-Belt Valletta.
L-irġiel kienu assistiti minn tim mediku fuq il-post u ittieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza, fejn aktar tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.