Raġel ta’ 34 sena u ieħor ta’ 60 sena, it-tnejn mix-Xagħra Għawdex tressqu quddiem il-Qorti t’Għawdex wara argument jaħraq li kellhom bejniethom.
Il-każ seħħ fit-30 ta’ Ġunju fi Triq Liberat Grech.
Ir-raġel ta’ 34 sena li diġa għandu l-kondotta mċappsa, ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lir-raġel ta’ 60 sena, li għamel ħsara fuq vettura Kia u talli saq vettura tal-għamla Citroen b’manjiera bla kont, traskurat u perikoluż. Huwa ġie akkużat ukoll li kiser il-paċi pubblika li ħebb u hedded lir-raġel l-ieħor b’xi oġġetti, talli żam fuqu arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr il-permess tal-Kummissarju, talli wettaq reat waqt li kien taħt ordni operattiv ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti u talli kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Min-naħa l-oħra ir-raġel l-ieħor ta’ 60 sena ġie akkużat li kkaġuna ġrieħi ta’ natura ħafifa lir-raġel ta’ 34 sena, li għamel ħsara fuq vettura Citroen, li kiser il-paċi pubblika u talli ħebb u hedded għar-raġel l-ieħor.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u ngħata l-liberta’ proviżorja fuq diversi kundizzjonijiet. I
l-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.