Żewġt irġiel ġew arrestati lbieraħ filgħaxija f’ħidma konġunta bejn il-membri mir-Rapid Intervention Unit u l-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga fl-inħawi ta’ Paceville u San Ġiljan.
Iż-żewġt irġiel, li huma ta’ nazzjonalita Libjana u Somala, mistennija jitressqu l-Qorti għada wara li nstabu fil-pussess ta’ diversi biċċiet ta’ dawk li huma maħsuba li huma raża tal-kannabis u qratas bil-pjanta kannabis u kokaina.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin