Żewġ Sudaniżi ntbagħtu l-ħabs wara li staħbew f’kontejner bit-tama li jaqsmu lejn l-Italja.
L-irġiel ta’ tnejn u għoxrin sena u sebgħa u għoxrin sena ġew arrestati l-Erbgħa waranofsinhar f’Raħal Ġdid.
Fuqhom ma kellhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni u qalu lill-Pulizija li nħbew fil-kontejner biex imorru l-Italja.
Mgħejjuna minn interpretu, l-irġiel wieġbu ħatja għall-akkużi miġjuba kontrihom.
Iż-żagħżugħ ta’ 22 sena ntbagħat sitt xhur ħabs, u r-raġel ta’ sebgħa u għoxrin ingħata sentenza ta’ disa’ xhur priġunerija.