Żewġt irġiel instabu ħatja mill-Qorti fl-Indja li stupraw tifla ta’ 10 snin, li welldet tarbija lura f’Awwissu.
Iż-żewġt irġiel jiġu z-zijiet tagħha. Huma se jkunu qed jingħataw is-sentenza l-Ħamis li ġej.
It-tqala tat-tifla ħarġet fil-beraħ f’Lulju meta bdiet tilmenta li kellha uġigħ fl-istonku. Kien proprju dak il-ħin li l-ġenituri tagħha ħaduha l-isptar.
It-tieni ziju ġie arrestat wara li d-DNA tat-tarbija ma qablitx ma dik ta’ ħuh il-kbir, li kien l-ewwel suspettat.
Il-proċess quddiem il-Qorti tal-ewwel ziju ħa madwar xahar filwaqt li tat-tieni ziju ħa madwar 18-il jum biss.