Id-Dwana qabdet lil żewġ passiġġieri Eġizzjani jġorru fuqhom aktar minn €21,000 mhux iddikjarati.
L-Eġizzjani kienu se jħallu Malta fuq l-istess titjira lejn Istanbul qabel ma jaqbdu titjira oħra lejn pajjiżhom.
Il-flus instabu f’numru ta’ envelops fil-bagalji tal-passiġġieri, u qalu li l-flus kienu l-pagi tal-kollegi tagħhom.
L-Eġizzjani twaqqfu milli jħallu pajjiżna u nżammu arrestati mill-Pulizija fis-Sezzjoni tal-Kriminalità Ekonomika.
Skont il-liġi Ewropea, passiġġier li jkollu fuqu aktar minn €10,000 fi flus kontanti huwa obbligat li jiddikjarhom qabel isiefer. Jekk ma jagħmilx hekk, jispiċċa arrestat, jeħel multa sostanzjali, u jinżammu l-flus.