Żewġt irġiel ta’ 28 u 29 sena min-Nepal, indarbu gravi wara li ħabtu bil-mutur ma’ karozza tat-tip Toyota Vitz, li kienet qed tinstaq minn Eritrean ta’ 21 sena, li joqgħod Tas-Sliema.
L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9:30 tal-bieraħ filgħaxija, fi Triq D’Argens, l-Imsida.
Fuq il-post issejħet l-assistenza ta’ tim mediku, li aktar tard ħa liż-żewġt irġiel l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Doreen Clarke, li ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.