Żewġt irġiel indarbu gravi f’inċident tat-traffiku f’Ħad-Dingli.
Il-każ seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq San Pawl tal-Pitkali, Ħad-Dingli.
L-ewwel investigazzjonijiet juru li raġel ta’ 29 sena minn Nepal tilef il-kontroll tal-mutur li kien qiegħed isuq, tat-tip Kymco Agility, u waqa’. Miegħu kien hemm passiġġier raġel ta’ 26 sena minn Nepal ukoll.
Tim mediku ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadithom l-Isptar Mater Dei għall-kura. Aktar tard, ix-xufier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji filwaqt li l-passiġġier ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.