Valdas Martinaitis ta’ wieħed u tletin sena mil-Litwanja u Kakhaber Lomtadze ta’ ħamsa u erbgħin sena mill-Ġorġja, ġew ikkundannati 4 snin ħabs kull wieħed wara li ammettew għal akkużi ta’ serq u ħasil ta’ flus.
Huma ġew akkużati ukoll li ħadu sehem fi grupp involut f’attivitajiet kriminali u b’ħasil ta’ flus.
Ir-raġel mil-Litwanja ammetta li lura fl-elfejn u dsatax, seraq minn 3 idjar f’Birżebbuġa, 3 idjar f’Marsaxlokk, u pprova jisraq minn żewġt idjar f’Birkirkara.
Minbarra is-sentenza ta’ 4 snin ħabs kull wieħed, il-Qorti mmultat lil Lomdatze €2,100, waqt li lil Martinaitis immultatu €42,831 filwaqt li ordnatlu li jirrifondi lill-vittmi tas-serqiet tiegħu s-somma ta’ €39,000.