Żewġ t’irġiel weħlu ftit aktar minn 18-il sena ħabs bejniethom wara li ammettew l-akkużi miġjuba kontrihom fuq traffikar tad-droga.
Henry Grogan u Luke Muscat kienu nqabdu fil-fatt bid-droga f’garaxx nhar il-festa ta’ San Pawl nawfragu ta’ 8 snin ilu.
Quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti ġie spjegat kif Luke Muscat qabbad lil ħuħ, li ismu ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti, sabiex iwassallu d-droga fil-garaxx u għal dan kellu jħallsu €100.
Minn investigazzjonijiet li għamlu l-pulizija ntqal li fil-basket li twassal minn ħu Luke Muscat, nstabu 19-il sapuna tal-kannabis u l-valur ta’ din id-droga kellu jlaħħaq ftit aktar minn €30,000.
Filwaqt li Luke Muscat weħel 9 snin ħabs, Henry Grogan weħel 9 snin u nofs ħabs.
Iż-żewġ t’irġiel weħlu wkoll multa ta’ €-18,000 kull wieħed u kull ass li għandhom f’idejhom ġie kkonfiskat.