Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali, Santa Venera.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta 2.45 ta’ waranofsinhar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li Indjan ta’ 31 sena li jgħix Tas-Sliema, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq bil-konsegwenza li waqa’ minn fuqu. Passiġġier miegħu kien hemm raġel li l-età tiegħu għadha mhix magħrufa.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.