Raġel ta’ 28 sena minn Wied il-Għajn u raġel ta’ 35 sena li jgħix il-Mellieħa weġġgħu gravi wara ħabta bejn żewġ karozzi.
L-inċident seħħ dan il-lejl għall-ħabta tan-nofs siegħa fi Triq Ħal Qormi, Ħal Luqa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fuq il-post marru l-Pulizija u anki tim mediku, li ħadu ż-żewġt irġiel l-isptar u aktar tard ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.