Raġel ta’ 45 sena minn Ta’ Xbiex weġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tat-tmienja ta’ filgħaxija fi Triq Ħal-Luqa.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u rriżulta li kien seħħ inċident bejn mutur Peugeot Tweet, misjuq mir-raġel u Toyota Hilux, li kien qed jinstaq minn raġel ta’ 28 sena residenti Ħaż-Żabbar.
Ix-xufier tal-mutur ingħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
F’inċident separat li seħħ kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-ħamsa, Spanjol ta’ 17-il sena sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed isuq e-kick scooter, fi Triq Ġorġ Borġ Olivier, San Ġiljan u kellu impatt ma’ Toyota Platz misjuqa minn raġel ta’ 48 sena residenti n-Naxxar.
Il-ġuvni ngħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar permezz t’ambulanza.