Żewġt irġiel ittieħdu l-Isptar Mater Dei wara li weġġgħu f’inċidenti separati aktar kmieni illum.
L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ filgħodu, fi Triq ix-Xatt, Tas-Sliema. Mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ impatt bejn mutur tas-servizz tal-LESA misjuq minn Uffiċjal tal-LESA ta’ 32 sena u Hyundai I10 misjuqa minn raġel mill-Armenja ta’ 31 sena li jgħix Tas-Sliema.
It-tieni inċident ġara għal xi n-nofsiegħa ta’ waranofsinhar, fi Triq Manwel Dimech, Ħal Qormi. Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Piaggio misjuq minn raġel ta’ 76 sena minn Bormla u Toyota Yaris misjuqa minn raġel ta’ 39 sena minn Ħaż-Żebbuġ.
Tim mediku ta l-assistenza fiż-żewġ inċidenti u ż-żewġt irġiel ittieħdu l-isptar b’ambulanza,fejn ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin