Raġel ta’ 37 sena u ieħor ta’ 40 sena sofrew minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li kellhom argument, f’residenza f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija meta l-Pulizija ġew infurmati bil-każ.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-irġiel ittieħdu għall-kura fl-Isptar Mater Dei fejn ġew iċċertifikati li ġarrbu ġrieħi gravi kawża tal-inċident.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.