Raġel ta’ 27 sena minn Marsaskala u ieħor ta’ 20 sena minn Ħaż-Żabbar ittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li ġarbu ġrieħi kawża ta’ nirien f’Ħaż-Żabbar.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-3:45 ta’ waranofsinhar ġo garaxx fi Triq iż-Żingla.
Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li żewġt irġiel sofrew xi ġrieħi kkawżat minn nirien li beda minn dgħajsa.
Iż-żewġ persuni ttieħdu l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ir-raġel ta’ 27 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura ħafifa filwaqt li r-raġel ta’ 20 sena ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.