Matul il-lejl li għadda, żewġt irġiel Libjani ta’ 26 u 37 sena sfaw midruba minn raġel ieħor mil-Litwanja fi Triq San Ġorġ F’San Ġiljan.
Minn stħarriġ preliminari li ħejjew il-Puluzija, irriżulta li r-raġel mil-Litwanja li għandu 26 sena, allegatament aggredixxa liż-żewġt irġiel bi flixkun. Kawża ta’ dan, iż-żewġ Libjani kellhom jittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza minħabba l-ġrieħi li sofrew.
Irriżulta li r-raġel ta’ 26 sena qiegħed isofri minn ġrieħi ħfief u r-raġel ta’ 37 sena qiegħed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-allegat aggressur ma sofra l-ebda ġrieħi. Hu ġie arrestat u qiegħed jinżamm mill-Puluzija.
Il-Puluzija għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.