Clayton Scicluna ta’ 39 sena mix-Xgħajra u Charles Gouder ta’ 50 sena minn Ħaż-Żabbar tressqu l-qorti akkużati li bejn Marzu u April serqu għodda minn siti ta’ kostruzzjoni minn Ħal Tarxien u Ħaż-Żabbar b’valur ta’ kważi tlett elef ewro.
Scicluna wieġeb ħati tal-akkużi filwaqt li Gouder wieġeb mhux ħati. Filfatt Charles Gouder ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, bil-qorti tirrakomanda lill-awtoritajiet tal-ħabs biex jingħata l-għajnuna meħtieġa għall-vizzju tad-droga.
Min-naħa l-oħra l-Qorti sabet lil Clayton Scicluna ħati u ordnatlu li jsegwi programm ta’ probation għal tliet snin minħabba l-problema tad-droga.
Id-difiża kienet imexxija mill-Avukat Ishmael Psaila.