Il-Pulizija arrestat żewġt irġiel wara li x’aktarx ipprovaw jidħlu f’ħanut li kien magħluq biex jisirqu bil-konsegwenza li kkawżaw xi ħsarat fil-bieb.
Il-każ seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-ħdax, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza ta għha fi Triq l-Imdina, Ħ’Attard.
Il-Pulizija tad-Distrett flimkien mal-membri mir-Rapid Intervention Unit marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li ftit tal-ħin qabel Pulizija li kien off-duty u li kien għaddej mill-imsemmija triq innota żewġ persuni quddiem ħanut li kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż.
Malli dawn il-persuni nnutaw lil dan il-Pulizija telqu minn fuq il-post permezz ta’ vettura tat-tip Nissan Micra. Fuq il-post ġew innotati xi ħsarat fuq il-bieb tal-ħanut.
Ftit tal-ħin wara, dawn iż-żewġ persuni nstabu fi Triq il-Pitkali, Ħ’Attard u għaldaqstant ġew arrestati u qegħdin jinżammu mill-Pulizija għal iktar investigazzjo nijiet.