Afrikan u Serb ta’ wieħed u għoxrin sena u ħamsa u tletin sena rispettivament tressqu l-Qorti akkużati bi traffikar u pussess aggravat tad-droga.
Iż-żewġt irġiel ġew arrestati lbieraħ waranofsinhar wara li l-Pulizija osservathom jaġixxu b’mod suspettuż viċin stabbiliment ta’ divertiment fl-inħawi ta’ Fra Ben fil-Qorti.
Minn tfittxija li saret fuq l-Afrikan, il-Pulizija sabet permess ta’ residenza Taljana, ammont ta’ pakketti mimlija b’sustanza ħaxixa u raża tal-kannabis u ammont ta’ flus.
Minn fuq is-Serb ġew elevati pakketti b’sustanza ħaxixa tal-kannabis, amfetamina, u pilloli ecstasy, lesti biex jiġu traffikati.