Raġel ta’ sitta u tletin sena minn Ħaż-Żabbar u raġel ta’ erbgħa u erbgħin sena mill-Ħamrun ġew arrestati wara li nqabdu fil-fatt jippruvaw jisirqu minn residenza privata fil-Ħamrun.
L-allegat attentat ta’ serqa ġrat għall-ħabta tal-għaxra u nofs tas-Sibt filgħodu fi Triq Atocia fil-Ħamrun.
Minnufiħ fuq il-post marru l-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li sabu l-bieb tar-residenza sgassat u mkisser.
Wieħed mill-ħallelin instab ħdejn il-bieb tad-dar filwaqt li r-raġel l-ieħor inqabad fuq il-bejt tal-istess residenza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.