Żewġt irġiel, wieħed ta’ 38 sena residenti Santa Venera u ieħor ta’ 59 sena residenti x-Xagħra ġew arrestati mill-Pulizija, dalgħodu għall-ħabta tad-disgħa u kwart. Dan wara li l-Pulizija ġiet infurmata li kienet qed issir serqa fi Triq il-Buzjett, in-Naxxar.
Il-Pulizija marru fuq il-post u sabu li ż-żewġ irġiel kienu sgassaw bieb ta’ residenza u daħlu ġewwa.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Mill-ewwel investigazzjonijiet il-Pulizija nnotat b’żewġ persuni fl-istess triq li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatatilhom.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.