Żewġt irġiel ġew arrestati f’Għawdex wara li nqabdu bid-droga lesta għall-bejgħ. Il-Pulizija qalet fi stqarrija li ż-żewġt irġiel, Taljan ta’ 29 sena li jgħix Marsalforn, u Malti ta’ 45 sena mill-Fontana, kienu arrestati l-Ħamis li għadda wara ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Jidher li ż-żewġt irġiel kienu qed jittraffikaw id-droga mill-pjazza ta’ San Franġisk fir-Rabat, bit-Taljan jinstab iġorr ammont ta’ ħaxixa tal-kannabis lesta biex tiġi ttraffikata. Wara tftixxija oħra f’daru, instabu aktar pakketti tal-istess droga kif ukoll żerriegħa tal-kannabis u affrijiet relatati mal-kultivazzjoni ta’ din il-pjanta.
Min-naħa l-oħra, ir-raġel ta’ 45 sena nqabad b’sustanza allegatament eroina, li kienet imqassma f’diversi ġakketti biex tiġi ttraffikata. F’daru nstab ammont ta’ droga suspettata kokaina, flimkien ma’ affarijiet oħra relatati mal-abbuż tad-droga.
Iż-żewġt irġiel mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.