Żewġt irġiel – 34 sena minn Raħal Ġdid u raġel ta’ 43 sena minn San Pawl il-Baħar, qed jinżammu arrestati b’rabta ma’ serqa minn ħanut fi Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun.
Il-każ seħħ kmieni mal-lejl għall-ħabta tan-00:30 meta l-Pulizija daħlilhom rapport li kien hemm żewġ persuni suspettużi f’ħanut.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Ħamrun marru fuq il-post fejn innutaw ħsarat fuq il-bieb prinċipali tal-ħanut u l-kexxun tal-flus miftuħ.
Membri mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit li kienu qed jagħmlu ronda fl-akwati, arrestaw żewġt irġiel li kienu jaqblu mad-deskrizzjoni li ngħatat, fi Triq Abela Skolaro fil-Ħamrun stess.
L-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.