Żewġ Taljani li għandhom 39 u 36 sena rispettivament ġew arrestati b’rabta mas-serqa li kienet seħħet f’ħanut fi Triq il-Ħalel f’San Pawl il-Baħar.
Huma ġew arrestati f’appartament fi Triq iċ-Ċerna f’San Pawl il-Baħar mill-Pulizija tat-Taqsima tar-Reati Maġġuri.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-6:45pm tal-Erbgħa meta raġel liebes maskra u allegatament armat b’arma li taqta’ u bil-ponta, daħal fil-ħanut u talab il-flus lil kaxxiera, li hija mara Ungeriża ta’ 25 sena.
Il-ħalliel seraq għaxar pakketti sigaretti u ħarab minn fuq il-post.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu fil-lock-up tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali għal aktar investigazzjonijiet.
Huma mistennija jitressqu l-Qorti fil-jiem illi ġejjin.
Ara wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/10/08/hadd-ma-wegga-fserqa-minn-hanut-fsan-pawl-il-bahar/