Żewġt irġiel ta’ 41 u 58 sena mill-Mellieħa, ġew arrestati fil-Belt, mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, b’rabta ma’ sejba ta’ madwar nofs kilo droga ssuspettata kokaina.
Il-Pulizija elevat ammont konsiderevoli ta’ droga minn fuqhom kif ukoll waqt tfittxijiet li saru aktar tard fir-residenzi tal-irġiel. Fl-istess tfittxijiet instabu madwar €19,000 fi flus kontanti.
Filwaqt li l-valur fis-suq tad-droga li nstabet waqt it-tfittxijiet tammonta għall-€27,000.
Huma ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bis-sejba u ħatar inkjesta. L-irġiel se jitressqu l-Qorti illum għall-ħabta tal-11:15 ta’ dalgħodu quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Caroline Farrugia Frendo.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2021/08/15/zewgt-irgiel-jinzammu-arrestati-wara-li-tressqu-l-qorti-mixlija-bi-traffikar-ta-droga/
Ritratt: Uffiċċju tal-Komunikazzjoni, Il-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.