Żewġt irġiel mistennija li jitressqu l-Qorti dalgħodu għall-ħabta tal-10.30 b’rabta ma’ ħruq ta’ ħanut f’Ħal Qormi.
Il-każ seħħ fid-29 t’Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħaxija fi Triq Ħammieri, Ħal Qormi.
Wara diversi jiem ta’ investigazzjonijiet u analiżi ta’ filmati tal-kameras tas-sigurtà, il-Pulizija mill-Arsons Unit fi ħdan l-Iskwadra tar-Reati Maġġuri flimkien mad-Distrett ta’ Ħal Qormi, wasslu għall-arrest ta’ raġel ta’ 48 sena u Taljan 43 sena, it-tnejn joqgħodu San Pawl il-Baħar, b’rabta ma’ dan il-każ.
L-akkużati se jidhru quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Victor Axiak.