Raġel ta’ 33 sena minn Ħal Qormi u Belti ta’ 19-il sena ġew arrestati lbieraħ wara li nqabdu b’150 gramma droga u €7,000 flus kontanti. Jidher li dawn kienu arrestati f’Ħal Qormi.
Iż-żewġt irġiel instabu b’aktar minn 100 gramma trab abjad, allegatament kokaina, u 50 gramma trab kannella suspettat eroina, apparti l-flus.
L-inkjesta qed titmexxa mill-Maġistrat Astrid May Grima, u l-irġiel mistennija jitressqu l-Qorti għada.